Meta wieħed jgħid li għandu proprjeta’ biċ-ċens, dan jkun qed jfisser li l-proprjeta’ tkun ġiet trasferita minn sid iċ-ċens għal ħlas annwali. Jrid jingħad li t-trasferiment jkun sar permezz ta’ kuntratt pubbliku u dan peress li trasferiment permezz ta’ titolu ta’ ċens jirrilata fuq it-titolu tal-proprjeta’. F’dan il-kuntratt pubbliku, jkun hemm għadd ta’ kundizzjonijiet, bl-iktar waħda ovja hija dik li tirrilata mal-ħlas annwali taċ-ċens.
Ċens jista’ jinfeda jekk kemm-il darba dan huwa perpetwu. Ċens perpetwu b’differenza għal ċens temporanju jinvolvi trasferiment ta’ proprjeta’ mingħajr ebda ħsieb li din tirritorna lura għand sid iċ-ċens. Mill-banda l-oħra, ċens temporanju jinvolvi trasferiment tal-proprjeta’ għal żmien definit, b’dana li kif jingħalaq dan iż-żmien, il-pussess tal-proprjeta’ jrid jirritorna lura lis-sid taċ-ċens. F’kaz ta’ ċens perpetwu rivedibbli, il-fidi taċ-ċens jista’ jsir biss fis-sena li jkun hemm ir-reviżjoni tal-ammont taċ-ċens. Tajjeb li jingħad li l-fidi taċ-ċens jsir anki fil-kaz li ma humiex magħrufa sidien taċ-ċens.
Huwa għaqli li wieħed jifdi ċ-ċens tiegħu sabiex b’dan il-mod propjeta’ tista’ tkun kkunsidrata libera u franka liema fattur jirrifletti aħjar fil-valur tal-proprjeta’.
Meta wieħed jakkwista proprjeta’ mgħobbija bi ċens, jeħtieg li wieħed jkun konsapevoli tal-kundizzjonijiet taċ-ċens u dan sabiex jkun infurmat dwar kif jista’ jutulizza l-proprjeta’ mingħajr ma jikser l-ebda kundizzjonijiet taċ-ċens.
Tajjeb li jingħad li r-regola ġenerali hija li ċens perpetwu jista’ jinfeda permezz ta’ ċedola li tiġi intavolata l-Qorti billi jsir id-depożitu ta’ somma li tkun tipprezenta ċ-ċens kapitalizzat bir-rata ta’ 5%. Mod ieħor kif jista’ jsir il-fidi huwa permezz ta’ kuntratt pubbliku quddiem Nutar Pubbliku.
Fil-kaz li għandek iktar mistoqsijiet jew tixtieq li tifdi ċ-ċens fuq il-propjeta’ tiegħek, tista’ tagħmel kuntatt miegħi sabiex tigi assistit skont il-każ tiegħek.