You are currently viewing Żvilupp mill-Ġirien li Ser Jagħti Fuq il-Propjeta’ Tiegħek

Żvilupp mill-Ġirien li Ser Jagħti Fuq il-Propjeta’ Tiegħek

F’każ li ġie approvat żvilupp, maġemb, taħt jew fuq il-propjeta’ tiegħek, hemm numru ta’ fatturi li jridu jiġu kkunsidrati minnek sabiex tiggarantixxi li d-drittijiet tieghek tal-propjeta’ huma salvagwardjati. Għalkemm jista’ jagħti l-każ li f’ċirkostanzi l-interventi jkunu jidhru komuni jew żghar ħdejn oħrajn, wieħed xorta jeħtieg li jivverifika jekk tali żvilupp huwiex jaffettwa d-drittijiet li persuna għandha fuq il-proprjeta’ tagħha.

Waħda mill-iktar komuni hija dik li itkkonsisti fi ftuħ ta’ aperturi fuq btieħi, terrazzini jew spazji oħra li l-liġi tirrikonoxxi. Din hija kwistjoni importanti li jeħtieg li tiġi vverifikata fl-istadji bikrin għaliex b’hekk persuni jistgħu jiġu interpellati sabiex jiddezistu milli jkomplu bl-iżvilupp tagħhom. Filwaqt li l-ftuħ ta’ aperturi per eżempju jista’ jitqies żvilupp ċkejken, huwa jista’ jtaqqal bi piż negattiv il-proprjeta’ li ser jkollha t-twieqi miftuħa fuqha. Apparti li din ser twassal sabiex il-valur tal-proprjeta’ tiegħek tonqos, din tista’ wkoll taffettwak f’każ li l-ispazji miftuħa jistgħu jiġu żviluppati.

Il-ftuħ ta’ aperturi fuq spazji oħra ta’ terzi huwa eżempju klassiku ta’ dak li huwa magħruf bħala servitu. Servitujiet oħra li jridu jiġu mistħarrġa meta ser jsir żvilupp ħdejk, fuqek jew maġembek, jinkludi fost oħrajn, id-dritt tal-użu tal-bejt, it-tqegħid ta’ oġġetti tiegħek fuq bejt ta’ terzi, sistemi ta’ dranaġġ, għoli ta’ ħitan u distanzi ta’ aperturi fost oħrajn.

Filwaqt li s-suġġett huwa kumpless u tekniku, jkun jeħtieg li wieħed jistabilixxi tali drittijiet mill-kuntratt tal-akkwist u/jew minn kemm ilhom eżistenti tali servitujiet, fost oħrajn.

Jekk għandek xi mistoqsijiet fuq jekk il-proprjeta’ tiegħek hijiex ser tigi affettwata b’xi servitu ġdid, tista’ tagħmel kuntatt miegħi sabiex tiġi assistit skont il-każ tiegħek.