Privattivi Industirjali jistgħu jiġu reġistrati kemm fuq livel nazzjonali, livell Ewropej u Internazzjonali. Ir-reġistrazzjoni ta’ privattivi industrijali trid issir fir-rigward ta’ invenzjonijiet.
Wieħed mill-elementi meħtieġa sabiex ghall-fini tal-liġi, privattiva tkun tista’ tiġi meqjusa reġistrabbli hija li din tkun innovattiva, fis-sens li l-idea ma tkunx magħrufa mill-pubbliku u wisq inqas ma ġiet ippubblikata bl-ebda mod għall-għarfien tal-pubbliku. Rekwizit ieħor li l-liġi tgħid li huwa meħtieġ huwa li l-innovazzjoni trid tkun innovativa, fis-sens li huwa diffiċli ferm li persuna li tinsab fl-istess settur tasal għal din l-innovazzjoni. Min-naħa, jeħtieg ukoll li l-idea tingħata applikabbilita’ industrijali fis-sens li tingħata jew tiġi magħmula f’xi industrija.
Filwaqt li dawn il-kriterji jistgħu jiġu meqjusa industrijali, huwa tajjeb li wiehed jirrekorri għall-assistenza legali sabiex jiġi assistit skont iċ-ċirkostanzi tal-każ tiegħu.
Fl-aħħar nett għandu jingħad li inovazzjoni reġistrata tkun valida għal għoxrin sena bil-ħsieb li min jkun ivvintha jagħmel użu esklussiv tagħha għall-ewwel għoxrin sena minn mindu ssir l-applikazzjoni relattiva.
Jekk għandek iktar mistoqsijiet fuq dan is-suġġett jew tixtieq assistanza fuq l-innovazzjoni tiegħek, tista’ tagħmel kuntatt miegħi sabiex tigi assistit skont il-każ tiegħek.